Wednesday, September 25, 2024

Covid: Il-każi attivi jaqbżu l-1,300

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 171 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 51 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 1,309.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqgħu 614 hekk kif fl-istess 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 48 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 1,249,336 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 346,506 kienu dożi tal-booster.

Sport