Thursday, September 19, 2024

Covid: Il-każi attivi jinżlu taħt it-800

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 komplew jonqsu biex issa niżlu għal 765 każ hekk kif il-każi ta’ fejqan komplew jiżbqu l-każi ġodda.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 74 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 123 persuna li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 47 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus,  bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqisma tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija żdied għal 598 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel li kellhom 68 u 78 sena waqt li kienu pożittivi bil-Covid.

Sal-Ħadd filgħaxija kienu ngħataw 1,237,194 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 340,570 kienu dożi tal-booster.

Sport