Fl-aħħar sigħat għal darb’oħra reġa’ ġew irreġistrati aktar każi ta’ fejqan milli dawk ġodda.
Dan hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa feġġew 172 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 304 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk il-każi attivi niżlu għal 2,097.
Fl-Isptar Mater Dei hemm 79 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 572 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 92 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid.
Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 1,225,118 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 335,740 kienu dożi tal-booster.