Friday, December 13, 2024

Covid: L-Afrika ta’ Isfel toħloq vaċċin simili għal dak tal-Moderna

Aqra wkoll

Ix-xjentisti fl-Afrika ta’ Isfel għamlu kopja tal-vaċċin Moderna, mossa li qed jgħidu li tista’ tgħin biex ittejjeb ir-rati ta’ tilqim madwar l-Afrika. Dan il-kontinent bħalissa għandu l-inqas rata ta’ tilqim tal-Covid-19 fid-dinja.

Il-kumpanija wara l-vaċċin il-ġdid – Afrigen Biologics – qed tittama li tibda provi kliniċi f’Novembru. 

Aktar qabel, il-kumpanija Moderna qalet li ma kinitx se żżomm lix-xjenzati Afrikani milli jirreplikaw il-vaċċin tagħhom. Ir-riċerkaturi kienu appoġġjati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. 

Ekonomija

Sport