Tuesday, January 20, 2026

CPD ħabbar li “ilbieraħ xi ħadd fin-naħa ta’ Ħaż-Żabbar ħelisha bl-eżatt”

Aqra wkoll

Kelliem għac-CPD elabora li d-Dipartiment kellu diversi sitwazzjonijiet fejn siġar waqgħu fuq karozzi fosthom l-aktar riċenti f’’San Ġwann, karozza oħra ntlaqgħtet bi sbrixx u oħra li ġarbet ħsarat estensivi.

Hawn il-kelliem tas-CPD ħabbar li, “ilbieraħ xi ħadd fin-naħa ta’ Ħaż-Żabbar ħelisha bl-eżatt. Dan għax waqt li kien qiegħed isuq, is-siġra waqgħet u ġiet fuq il-bonnet. Kien veru ffortunat li l-inċident seħħ meta seħħ għax kieku allaħares għadda ftit sekondi wara, din kienet tiġi fuqu. Kellna inċidenti li setgħu kienu serji imma, fortunatament, s’issa ma kellna ebda telefonata li tinvolvi periklu ta’ ħajja. Aħna nitolbu li ma jweġġa’ ħadd. Ħalli jkollna x-xogħol aħna imma l-prijorità hija li ma jweġġa’ ħadd”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport