Saturday, December 21, 2024

Crack Money fi klassi għalih

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa ġew fi tmiemhom is-sensiela ta’ kampjonati għal żwiemel Franċiżi. Dan permezz ta’ ħames finali fuq distanza qasira ta’ 2140m. Spikkat l-aktar il-finali mill-Prix De Vincennes tal-klassi Premier u li ntrebħet mill-favorit Crack Money. Din għamlet parti mit-32 laqgħa tas-sena fuq seba’ tiġrijiet kollha tat-trott.

Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Il-kwotat Crack Money (Michael Ellul) żied fil-ġiri dawra mit-tmiem u ħa l-kmand madwar 500m mil-linja finali. Hu rnexxilu jakkwista r-raba’ rebħa konsekuttiva u l-ħames waħda f’Malta faċilment b’tul minn Doosty (Julian Farrugia) u Ellington Dream (Charles Camilleri). Carnaval Du Vivier (Caillin Borg) u Diablo d’Herfraie (Charles Degorgio) temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament. 

Fi tmiem il-finali, Tony Demanuele Viċi Chairman tal-Malta Racing Club u Dr Matthew Brincat, Kap Eżekuttiv ta’ Malta Equidrome ppremjaw lil Michael Ellul u lil Stephen Ciangura, is-sewwieq u s-sid taż-żiemel rebbieħ. Intant Crack Money kellu medja ta’ 1.13.4” fil-kilometru.  

Fil-finali mill-Prix d’Enghien tal-klassi Gold, il-kwotat Escoublac (Charlton Muscat) kien il-ħin kollu quddiem u rnexxilu jieħu t-tielet rebħa nfila b’tul minn Furyo (Cherise Farrugia) u Everest Dodville (Clint Vassallo). Darling Atout (Julian Farrugia) u Brem Orange (Chris Cassar) daħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fan De L’Iton (J. Attard) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Vision Face (P. Galea) 3. Falcon Du Hamel (M. Attard) 4. Business Du Bourg (M. Ellul)

II Tiġrija. Finali Prix De Caen Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. General De L’Isac (P. Galea) 3. Henzo De Perthuis (R. Gatt) 4. Halina Jibay (C. Vassallo) 5. Gipsy De Granou (S. Vella) 

Denver Haufor jirbaħ l-Prix de Cagnes-Sur-Mer

III Tiġrija. Finali Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Denver Haufor (R. Gatt) Ħin – 2.39.7” (1.14.7”) 2. Forrest Beji (J. Gafa’) 3. Giotta Buissonay (Ch. Camilleri) 4. Cooper Club (S. Schembri) 5. Friend (N. Azzopardi) 

Derby Chevaleraie jirbaħ il-Prix De Cabourg

IV Tiġrija. Finali Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Derby Chevaleraie (K. Saliba) Ħin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Concerto Star (R. Gatt) 3. Elorn (Ch. Camilleri) 4. Evita d’Estree (A. Farrugia) 5. Derby Speed (N. Cauchi) 

Escoublac jirbaħ il-Prix d’Enghien

V Tiġrija. Klassi Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Escoublac (Ch. Muscat) Ħin – 2.38.1” (1.13.9’) 2. Furyo (Cherise Farrugia) 3. Everest Dodville (C. Vassallo) 4. Darling Atout (J. Farrugia) 5. Brem Orange (Ch. Cassar) 

VI Tiġrija. Finali Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Crack Money (M. Ellul) Ħin – 2.37” (1.13.4”) 2. Doosty (J. Farrugia) 3. Ellington Dream (Ch. Camilleri) 4. Carnaval Du Vivier (C. Borg) 5. Diablo d’Herfraie (Ch. Degiorgio)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Xanthis Excalibur (R. Gatt) 3. Drop Viervil (A. Farrugia) 4. Du Snob (N. Baldacchino) 

Ekonomija

Sport