Wednesday, July 24, 2024

Creditreform tikkonferma r-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A+

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Creditreform Rating affermat mill-ġdid ir-rating A+ ta’  pajjiżna, u kkonfermat li l-prospetti ta’ dan ir-rating huma stabbli.  

Ir-rapport tal-esperti Ġermaniżi jsostni li pajjiżna għandu track record ta’ “vivid economic growth  well above that of the euro area over recent years”. Qalu li r-reżiljenza tal-ekonomija tagħna tirrifletti  d-diversifikazzjoni tas-setturi ekonomiċi. Fil-fatt, fir-rapport innutaw kif minkejja l-pandemija kien  hemm numru ta’ setturi fil-qasam diġitali li tejbu l-operat u d-dħul. Ir-rapport iżid jinnota “the  sophistication of Malta’s economic model”.  

L-esperti Ġermaniżi jinnotaw kif l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna tul il-pandemija kien aħjar minn  dak fil-bqija tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fl-ewwel kwart. Dan kien dovut għall-galbu fl impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fuq l-ekonomija. Barra minn hekk, frott l-għajnuna tal-Gvern, huwa  mbassar li fl-2021 ser ikun hemm irkupru ekonomiku b’saħħtu. Iżidu jgħidu kif “thanks to wage  subsidies to safeguard employment, the fallout from the corona crisis on the labour market has been  limited”.  

L-esperti jemmnu li l-pakkett tal-fondi Ewropej għandu l-potenzjal li jagħmel tajjeb għall-impatt li  jista’ jkollu l-andament negattiv fl-ekonomiji ta’ madwarna u jixpruna rkupru aktar qawwi minn dak  imbassar. 

Element importanti ieħor wara l-għażla li jiġi affermat ir-rating ta’ pajjiżna huwa “generally high  quality of the institutional framework”. Dan filwaqt li fir-rapport ġie nnutat li “government seems  committed to deliver on continued effort required to satisfyingly deal with rule of law and anti money-laundering”. Ir-riformi introdotti minn din l-amministrazzjoni ġew imfaħħra u milqugħa. L-esperti  barranin jidhru wkoll konvinti mill-ħidma tal-Gvern anke dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Moneyval. 

L-esperti Ġermaniżi huma konvinti wkoll li l-indikaturi fiskali se jitjiebu. Dan filwaqt li nnutaw li  minkejja ż-żieda fid-defiċit, il-qagħda finanzjarja tal-Gvern hija “relatively benign in the euro area  context”. Tant li, skont ir-rapport tal-Creditreform, il-qagħda finanzjarja tajba tal-Gvern “should lay  the foundation for a timely economic recovery”.  

L-esperti barranin jemmnu li l-piż tad-dejn nazzjonali mhux se jiżboq is-60% tal-ġid nazzjonali  minkejja l-pandemija, u wara mistenni li jerġa’ jibda jonqos. Sostnew ukoll li l-piż tal-imgħax qed  jonqos u d-dejn tal-Gvern se jsir aktar affordabbli. Il-Gvern jinnota li r-rapport pożittiv ta’ Creditreform huwa t-tieni ċertifikat pożittiv li ngħata l-Gvern  Malti f’ġimgħa wara dak tal-Kummissjoni Ewropea li kellu kliem ta’ tifħir għall-baġit tal-Gvern u l miżuri ekonomiċi ta’ fejda li tħabbru fih biex ikomplu jsostnu lill-familji u n-negozji f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport