Cremonese, li jinsabu fil-qiegħ tas-Serie A, issorprendew lil Roma meta fl-Olimpico għelbuhom 2-1 b’goals minn Cyriel Dessers (28) li fetaħ l-iskor minn penalty u minn Zeki Celik (49) li kkommetta auto-goal.
Għal Roma wieġeb Andrea Belotti (90) iżda kien tard wisq biex il-Giallorossi jiksbu d-draw.
Fil-kwarti-finali l-oħra Fiorentina għelbu lil Torino 2-1 b’goals minn Luka Jovic (64) u Jonathan Ikone (89) waqt li t-Toro naqqsu l-iżvantaġġ minn Yann Karamoh (90).
Fis-semi-finali l-Viola se jiltaqgħu kontra Cremonese waqt li Inter jistennew lil Juventus jew lil Lazio.