Wara li Marcelo Gallardo ħabbar li se jieqaf minn kowċ ta’ River Plate, dawn tal-aħħar qed jaħsbu sabiex iġibu lil xi ħaddieħor u jmexxi lit-tim minn fuq il-bank sa minn Diċembru li ġej.
Apparti Pablo Aimar, Santiago Solari u Martin Demichelis qed jissemma’ b’ċertu insistenza l-isem ta’ Hernan Crespo, eks-plejer ta’ River Plate rebbieħ tal-Copa Libertadores mal-istess tim.
Crespo għandu 47 sena u bħalissa qed imexxi lil Al Duhail fil-Qatar.