Cristian Chivu tħabbar uffiċjalment bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Inter, ftit inqas minn ġimgħa wara t-tluq ta’ Simone Inzaghi mir-rwol wara erba’ staġuni fit-tmexxija.
Chivu jieħu post Inzaghi bħala kowċ tan-Nerazzurri b’kuntratt inizjali ta’ sentejn, li se jibqa’ għaddej sal-aħħar tal-istaġun 2026-27.
Il-kowċ ta’ 44 sena jerġa’ jingħaqad man-Nerazzurri wara perjodu ta’ erba’ xhur fis-Serie A ma’ Parma, fejn mexxihom biex iżommu l-istatus tagħhom fis-Serie A fl-aħħar tmiem il-ġimgħa tal-istaġun 2024-25. Huwa diġà sellem lill-eks klabb tiegħu, li wkoll ikkonferma it-tluq tiegħu.