Monday, October 14, 2024

Cristiano Biraghi jsirulu tmien punti f’rasu

Aqra wkoll

Il-pulizija Ċeka għadha qed tinvestiga dak li ġara fl-Eden Arena, Praga fejn West Ham United lagħbu kontra Fiorentina fil-finali tal-UEFA Conference League.

Fil-fatt waqt azzjoni ta’ corner fl-ewwel taqsima, il-captain Cristiano Birarghi ntlaqat f’rasu minn oġġett iebes mixħut minn partitarju Ingliż. Eventwalment, Biraghi kellu jagħmel tmien punti fuq rasu minħabba d-demm li beda nieżel. 

Sadanittant Fiorentina kkundannaw dan l-episodju u sejħu għal aktar arresti sabiex jiġi identifikat il-ħati ta’ dan l-att deplorevoli.

Sport