Tuesday, March 18, 2025

Cristiano Giuntoli jiddefendi lil Thiago Motta

Aqra wkoll

Wara t-tieni telfa konsekuttiva li Juventus sofrew kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 3-0, id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli ddefenda lill-kowċ Thiago Motta fejn qal li huma se jkunu qed ikomplu bih fit-tmexxija minkejja li r-riżultati mhumiex jaslu.

Giuntoli qal li nbeda proġett fil-bidu ta’ dan l-istaġun u jrid jitkompla. Minkejja kollox, diversi partitarji qed jgħidu li żmien Motta ma’ La Vecchia Signora spiċċa u hemm bżonn il-bidla llum qabel għada wara li f’żewġ logħbiet, i Bianconeri qalgħu seba’ gowls f’żewġ partiti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport