Hekk kif Napoli ħatru lil Rudi Garcia bħala l-kowċ tagħhom għall-istaġun li ġej, jidher li d-direttur sportiv attwali Cristiano Giuntoli jinsab dejjem aktar ‘il bogħod milli jkun parti mill-ogħla awtoritajiet tal-klabb. Fil-fatt f’kumment li ħalla l-istess Giuntoli fuq is-sit soċjali tiegħu ta’ Twitter qal li sar jaf bil-ħatra tal-kowċ il-ġdid proprju mill-gazzetti.
Din id-dikjarazzjoni tfisser ħafna hekk kif Giuntoli bħal donnu qed jitbiegħed mill-pjanijiet tal-Patneopei bl-amministratur Andrea Chiavelli li jista’ jieħu promozzjoni fi ħdan il-klabb u eventwalment jibdel lill-istess Giuntoli.