Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Paul Pogba se jkun qed itemm il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus sabiex isir aġent ħieles fil-jiem li ġejjin.
Pogba jirritorna fl-azzjoni f’Marzu 2025 wara s-sospensjoni li ngħatatlu fuq xi sustanzi llegali li ħa waqt li kien mal-Bianconeri.
Id-diriġent Cristiano Giuntoli kellem lil Pogba personalment fejn qallu li jkun aħjar li jiġi xolt il-kuntratt eżistenti u kulħadd jaqbad triqtu.