Tuesday, September 24, 2024

Cristiano Ronaldo b’ċelebrazzjoni ġdida

Aqra wkoll

Qed idur sew il-filmat tal-attakkant Portugiż ta’ Manchester United Cristiano Ronaldo li bħal donnu vvinta ċelebrazzjoni ġdida ta’ kif jifraħ wara l-gowl.

Wara l-famuż SIU li sar parti mill-identita’ ta’ dan il-plejer tant famuż u tajjeb, issa rajnih jifraħ wara l-gowl li skorja kontra Sheriff Tiraspol fil-UEFA Europa League.

Hu mar quddiem il-partitarji, ipponta lejhom, għalaq għajnejh u poġġa idu ma’ qalbu. Ħafna għoġbithom din iċ-ċelebrazzjoni mhux tas-soltu iżda oriġinali tal-istess Cristiano.

Sport