Saturday, December 21, 2024

Cristiano Ronaldo eliminat mill-UCL tal-Asja

Aqra wkoll

Al-Nassr ta’ Cristiano Ronaldo ġew eli­minati miċ-Champions League tal-Asja b’telfa bil-penalties fil-kwarti-finali kontra Al-Ain.

Al-Nassr, li tilfu l-ewwel leg 1-0, waqgħu 3-0 minn taħt bl-aggregate, iżda rkupraw biex il-logħba daħlet fil-ħin barrani.

Ronaldo, li falla ċans faċli fil-ħin normali, imbagħad skorja penalty fil-118-il minuta għal Al-Nassr wara li kellhom player imkeċċi, biex għamilhom 4-4. 

Imbagħad l-is­tess Ronaldo kien l-uniku player ta’ Al- Nassr li skorja fit-telfa 3-1 fix-shootout.

Ir-rebbieħ ħames darbiet tal-Ballun tad-Deheb, ta’ 39 sena, deher diżappuntat wara li b’xi mod falla l-mira minn tliet metri meta l-goalkeeper ta’ Al-Ain laqa’ t-tentattiv tal-Portugiż u żamm lit-team tiegħu fil-vantaġġ bl-aggregate ta’ 3-2.  

Iżda l-eks player ta’ Manchester Uni­ted, Alex Telles, skorja fit-72 minuta biex iġiegħel il-ħin barrani għal Al-Nassr tal-Arabja Sawdija, li mbagħad spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Ayman Yahya.

Al-Ain, mill-Emirati Għarab Magħquda, reġgħu marru fuq quddiem fl-ewwel perjodu tal-ħin barrani, iżda Ronaldo żamm in-nervi mill-penalty meta kien fadal żewġ minuti biex jisforza l-għoti tal-penalties.

Al-Nassr kienu diġà 2-0 minn taħt fix-shoot-off meta Ronaldo kien  se jagħti l-pe­nalty tiegħu.

Ekonomija

Sport