Friday, November 15, 2024

Cristiano Ronaldo magħżul fl-agħar team tat-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Statistikament, Cristiano Ronaldo intgħażel fl-agħar team ta’ din it-Tazza tad-Dinja hekk kif irid jinsa l-wirjiet li kellu  

Huwa skorja gowl wieħed biss għal pajjiżu u saħansitra ġie relegat fuq il-bank tas-sostituti mill-coach Fernando Santos għall-konfront tal-Aħħar 16 kontra l-Isvizzera u fit-telfa xokkanti fil-kwarti-finali kontra l-Marokk.

Kien hemm ukoll rapporti li l-player ta’ 37 sena, hedded li kien se jħalli l-kamp Portugiż waqt laqgħa sħuna ma’ Santos wara li sar jaf li ma kienx se jibda fil-logħba kontra l-Isvizzera għalkemm dawn ir-rapporti ġew miċħuda mill-FA Portugiża u mill-player innifsu.

U l-affarijiet għal Ronaldo komplew jeħżienu meta kontra kull mistenni huwa ġie magħżul, skond l-istatistika ta’ Sofascore.com, bħala parti mill-agħar team ta’ din it-Tazza tad-Dinja. 

Sorpriża oħra tinkludi lil Lautaro Martinez minkejja li l-Arġentin kien membru tat-team li għolla t-trofew wara li għeleb lil Franza bil-penalties f’finali memorabbli.

Martinez, li naqas li jiskorja għall-Arġentina fil-Qatar f’148 minuta, ingħata skor baxx ħafna għall-wirjiet tiegħu kollettivament. 

Intant il-players li fformaw l-agħar team kienu:

Edouard Mendy (Senegal), Bartosz Bereszynski (Polonja), Abdou Diallo (Senegal), Kamil Glik (Polonja), Sergino Dest (Stati Uniti), Ruben Vargas (Svizzera), Jackson Irvine (Awstralja), Hwang In-Beom (Korea t’Isfel), Matthew Leckie (Awstralja), Lautaro Martinez (Arġentina), Cristiano Ronaldo (Portugall).

Ekonomija

Sport