Sunday, November 24, 2024

Cristiano Ronaldo jiċħad suġġerimenti li se jirtira

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, ċaħad suġġerimenti li se jkun qed jirtira b’mod imminenti mill-football.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb iċċelebra s-37 sena tiegħu x-xahar li għadda iżda rreġistra 18-il goal fi 32 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha għar-Red Devils dan l-istaġun.

Kien hemm suġġerimenti li Ronaldo tħabat biex jadatta ruħu għar-ritmu tal-Premier League fis-snin li għaddew, iżda l-ex player ta’ Real Madrid u Juventus ma jarax lilu nnifsu jirtira mil-logħba f’qasir żmien.

Il-ftehim tal-attakkant Portugiż ma’ Manchester United għandu jiskadi fis-sajf tal-2023, iżda huwa rappurtat li ddeċieda li jibqa’ mal-club għal staġun ieħor.

Sport