Hekk kif l-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo kompla jispikka mal-klabb tiegħu Al Nassr, hu qed ikun attiv ferm fil-midja soċjali hekk kif għadu kemm fetaħ YouTube Channel ġdid.
Barra minn hekk, hu kompla jżid aktar membri fil-pjattaformi soċjali rispettivi meta fi Twitter laħħaq il-112-il miljun segwaċi, 170 miljun fuq Facebook u rekord ta’ 636 miljun fuq Instagram.
L-għan ta’ Ronaldo hu issa li jżid ukoll din ir-rata fil-kanal ta’ You Tube li fetaħ fejn fih se jġib l-aqwa mumenti tal-karriera tiegħu li jinkludu esperjenzi ma’ Sporting Lisbon, Manchester United, Real Madrid, Juventus u t-tim nazzjonali Portugiż.