Friday, November 22, 2024

Cristiano Ronaldo jilħaq rekord ta’ Lionel Messi fiċ-Champions League

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ta’ Manchester United skorja l-ewwel goal fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League 2021-22 nhar it-Tlieta filgħaxija kontra Young Boys, li sar it-36 team differenti li l-player ta’ 36 sena skorja kontrih fil-kompetizzjoni, li huwa daqs ir-rekord stabbilit minn Lionel Messi.

L-internazzjonali Portugiż sar ukoll l-ewwel player li skorja l-ewwel gowl f’żewġ kampanji differenti taċ-Champions League, wara li fil-passat skorja l-ewwel goal għal Real Madrid f’rebħa ta’ 5-2 kontra FC Zurich matul l-istaġun 2009-10.

Ronaldo, li rritorna f’Old Trafford mingħand Juventus dan is-sajf, laħaq rekord ieħor taċ-Champions League fl-Iżvizzera billi għamel is-177 apparenza tiegħu fil-kompetizzjoni, u kien daqs ir-rekord stabbilit mill-ex sieħbu tat-team u l-leġġenda ta’ Real Madrid, Iker Casillas.

Il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballon d’Or diġà huwa l-aqwa skorer fl-istorja taċ-Champions League, u issa jinsab 15-il goal quddiem l-eqreb sfidant tiegħu Messi fit-tieni post, u skorja mill-viċin kontra Young Boys fit-13-il minuta biex tella’ l-ammont globali tiegħu għal 135 goal.

Ronaldo qed jidher fid-19-il staġun tiegħu fil-kompetizzjoni tal-club elite Ewropew, kważi 20 sena wara li ddebutta fit-tournament bħala żagħżugħ ta’ 18-il sena għar-Red Devils f’telfa ta’ 2-1 barra minn darhom fi Stuttgart lura f’Ottubru 2003.

L-attakkant ħalla impatt immedjat f’Old Trafford, wara li skorja wkoll doppjetta fit-tieni debutt tiegħu fir-rebħa ta’ 4-1 fil-Premier League kontra Newcastle United fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Sport