Cristiano Ronaldo qed jinsisti biex iħalli lil Manchester United u jingħaqad ma’ Paris Saint-Germain fi tmiem l-istaġun.
Il-player ta’ 37 sena ma kienx involut fit-telfa ta’ 4-1 tal-United barra minn darhom kontra Manchester City nhar il-Ħadd, bil-manager temporanju Ralf Rangnick isostni li n-nuqqas tiegħu kien minħabba injury f’ġenbejh.
Ronaldo hu maħsub li tħalla ‘rrabjat’ wara li ġie mgħarraf li ma kienx se jibda fl-Etihad Stadium, li wassal biex il-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb vjaġġa lejn il-Portugall – art twelidu għal taħriġ fit-temp sħun.
Ronaldo diġà qed jippjana li jħalli Old Trafford, b’PSG l-iktar destinazzjoni probabbli, fejn ikun jista’ jingħaqad fl-attakk ma’ Lionel Messi u Neymar.
Huwa mifhum li ritorn fis-Serie A ma’ Juventus ġie eskluż, filwaqt li rijunjoni mal-ġganti Portugiżi Sporting Lisbon hija wkoll improbabbli ħafna.
Minn meta Rangnick ħa post Ole Gunnar Solskjaer f’Novembru, Ronaldo skorja biss tliet goals f’14-il dehra mar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha.