Cristiano Ronaldo kien ferm irrabbjat hekk kif il-kowċ ta’ Al Nassr Stefano Pioli ħarġu mill-grawnd fis-60 minuta tal-logħba kontra Al Khoolood li huma rebħu 3-2.
Ronaldo baqa’ dieħel dritt fid-dressing room hekk kif ippretenda li jilgħab il-logħba kollha bi Pioli kellu joħorġu minħabba li Nawaf Boushal ġie mkeċċi.
Wara l-logħba, Pioli qal li din kienet sostituzzjoni tattika għalkemm ma tantx kien kuntent bir-reazzjoni tal-plejer ta’ 40 sena.