Cristiano Ronaldo skorja t-58 hat-trick fil-karriera tiegħu biex għen lill-Portugall, għal rebħa f’darhom ta’ 5-0 fuq il-Lussemburgu fi Grupp A mir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja nhar it-Tlieta.
It-tripletta, li kienet tfisser li Ronaldo sar l-ewwel player li skorja 10 hat-tricks internazzjonali, biex tella’ t-total tiegħu għall-115-il goal internazzjonali minn 182 partita … biex kompla jikkonferma li huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien fix-xena internazzjonali.
B’din ir-rebħa, il-Portugiżi baqgħu jżommu l-pass mal-leaders Serbja li għandhom 17-il punt wara li għelbu lill-Azerbaijan bl-iskor ta’ 3-1.
Il-Portugall għad iridu jirkupraw partita u dan ifisser li jekk jirbħuha jaqbżu fl-ewwel post.
Kontra l-Lussemburgu, Ronaldo skorja żewġ penalties fit-8 u fit-13-il minuta kif ukoll issiġilla r-rebħa tliet minuti mit-tmiem. Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Bruno Fernandes (18) u Joao Palhinha (69).