L-attakkant internazzjonali Portugiż telaq lil Manchester United b’effett immedjat waqt qbil reċiproku mal-club.
Dan wara li r-Red Devils bdew il-proċess legali biex jiġi kkanċellat il-kuntratt tiegħu wara l-intervista li għamel ma’ Piers Morgan li fiha attakka lis-sidien, lid-diriġenti, lill-coach Erik ten Hag kif ukoll eks-players.
Huwa qal li ħassu ttradut mill-club u ma kienx rispettat meta kellu t-tifla tiegħu għaddejja minn mument ħażin meta kienet marida.
Il-kuntratt tiegħu kellu jintemm f’Ġunju li ġej fejn kellu salarju ta’ £500,000 fil-ġimgħa.
Fi stqarrija l-club irringrazzja lill-player ta’ 37 sena tas-servizz leali tiegħu fejn lagħab b’kollox lagħab 346 partita li fihom skorja 145 goals.