Rapporti fil-media Taljana għadhom qed isostnu dwar il-ġlieda bejn Cristiano Ronaldo u Juventus FC li għad irid jieħu s-somma ta’ €19.5 miljun ta’ arretrati.
Juventus qed jgħidu li din it-talba hi eżaġerata u m’għandhom l-ebda intenzjoni li joħorġu dawn il-flus tant li kitbu lill-membri tal-arbitraġġ Taljan dwar din il-kawża.
Dawn il-membri se jkunu qed jisimgħu l-kas f’Jannar li ġej sabiex f’April jieħdu d-deċiżjoni finali.
Cristiano Ronaldo lagħab ma’ Juventus bejn l-2018 u l-2021.