Cristiano Ronaldo ‘jrid iħalli lil Manchester United dan is-sajf’ għax huwa rappurtat li ma jħossux parti mill-proġett ta’ Erik ten Hag f’Old Trafford.
L-istilla Portugiża ta’ 37 sena skorja 24 gowl matul l-ewwel staġun tat-tieni esperjenza tiegħu mal-United iżda kollox huwa lest li jinbidel bil-wasla tal-manager Olandiż dan is-sajf.
Huwa mifhum li Ronaldo issa qed ifittex triq biex iħalli lill-United qabel l-istaġun li ġej.
Dan hekk kif l-attakkant ma jħossx involut fl-isforzi ta’ Ten Hag biex jerġa’ jagħti l-ħajja lil team li issa ilu fi stat diżappuntanti għal diversi staġuni.
Roma u Sporting Lisbon huma elenkati bħala destinazzjonijiet potenzjali iżda għadu mhux ċar kif kwalunkwe club jista’ jaffordja l-pagi enormi ta’ £480,000 fil-ġimgħa ta’ Ronaldo anke jekk jistgħu jġibuh fuq il-mejda tan-negozjati.
In-nuqqas ta’ United li jikkwalifikaw għaċ-Champions League l-istaġun li ġej jidher li huwa fattur ieħor hekk kif Ronaldo qed jidħol lejn tmiem tal-karriera illustri tiegħu.
Huma se jilagħbu fl-Europa League waqt l-ewwel staġun ta’ Ten Hag, minflok, wara li spiċċaw fis-sitt post fil-Premier League.
Jidher li l-aġent ta’ Ronaldo Jorge Mendes qed ifittex club ġdid għalih u Roma, immexxija minn Jose Mourinho, qed jitqiesu bħala destinazzjoni potenzjali.
Mourinho u Ronaldo ma nfirdux b’termini tajbin wara tliet snin jaħdmu flimkien ma’ Real Madrid bejn l-2010 u l-2013.
Mendes jinsab f’termini tajbin ma’ Roma – fejn mhux biss ħa lil Mourinho hemmhekk iżda wkoll lill-goalkeeper Rui Patricio u lill-midfielder ċentrali Sergio Oliveira.