Sunday, December 22, 2024

Cristiano Ronaldo jrid lil Federico Chiesa ma’ Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, qed jittama li jikkonvinċi lill-ex sieħbu ta’ Juventus Federico Chiesa biex jingħaqad miegħu f’Old Trafford.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ġibed l-għajn waqt it-trijonf tal-Euro 2020 tal-Italja u diġà skorja żewġ goals u pprovda assist wieħed minn seba’ logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha għall-Bianconeri dan l-istaġun.

Chiesa għadu teknikament ikkuntrattat ma’ Fiorentina – b’Juventus ikollhom l-obbligu li jixtru l-attakkant fis-sajf tal-2022 – iżda huwa diġà marbut ma’ tbegħid minn Turin.

Liverpool u Chelsea diġá ssemmew li jistgħu jagħmlu offerta għalih, iżda Ronaldo jidher li huwa ħerqan li jġib lil Chiesa f’Old Trafford, bl-aġent tal-player, Ivan Reggiani jgħid li: “Naħseb li hemm pressjonijiet barranin serji u importanti ħafna fuqu Chiesa .

Chiesa – li pprovda l-assist lil Lorenzo Pellegrini fit-telfa ta’ 2-1 li l-Italja sofriet fis-semi-finali tan-Nations League kontra Spanja – qabel kien skorja 34 goal u pprovda 25 assist minn 153 logħba bil-flokk ta’ Fiorentina.

Ekonomija

Sport