L-eks midfielder ta’ Liverpool u Bayern Munich Dietmar Hamann tkellem f’intervista ma’ gazzetta Ġermaniża u fost l-oħrajn irrifletta dwar il-karriera ta’ Cristiano Ronaldo, u saħaq dwar il-fatt li l-istilla Portugiża qatt ma lagħab fil-Bundesliga. Il-ġganti tal-Bavarja kienu marbuta mal-attakkant qabel ma ngħaqad ma’ Real Madrid mingħand Manchester United fl-2009.
Hu qal li Cristiano Ronaldo kien qed jissemma’ li jingħaqad ma’ Bayern Munich meta ħalla lil Manchester United. Huwa lagħab u rebaħ tnejn mill-aqwa kampjonati fil-Premier League u fil-La Liga kif ukoll is-serie A Taljana iżda għall-klabbs Ġermaniżi dejjem kienet mistoqsija dwar il-pagi u l-ħlas tat-trasferiment. U kien proprju dan li żamm lill-istilla Portugiża milli jilgħab fl-Allianz Arena.