Skond rapporti fl-Italja, l-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo lest li jixhed u jitkellem mal-Prosekuturi ta’ Turin fl-investigazzjoni finanzjarja li tinvolvi s-salarji ta’ Juventus.
Il-player ta’ 37 sena kien fost il-players ta’ Juventus li ċedew erba’ xhur salarju f’Marzu 2020. Madankollu, l-investigaturi sabu ftehimiet privati li donnhom juru li l-players xorta rċevew pagi ta’ tliet xhur fejn naqsu milli jinfurmaw lill-FIGC.
Juventus għad iridu jagħtu lil Ronaldo €19.5 miljuni. Qabel, huwa kien irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet mill-Prosekuturi ta’ Turin, iżda issa lest li jixhed.
Wieħed irid jara meta u fejn se ssir il-laqgħa bejn Ronaldo, l-avukati tiegħu fl-Italja Salvatore Pino e John Shehata, u l-Prosekuturi ta’ Turin Mario Bendoni u Ciro Santoriello, iżda Madrid u Lisbona jidhru li huma l-aktar postijiet probabbli fejn Ronaldo jista’ jixhed.