Thursday, September 19, 2024

Cristiano Ronaldo ma riedx jara lil Antonio Conte jirritorna fit-tmexxija ta’ Juventus wara t-tluq ta’ Massimiliano Allegri

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ma riedx jara lil Antonio Conte jirritorna fit-tmexxija ta’ Juventus wara t-tluq ta’ Massimiliano Allegri.

Il-coach ta’ 52 sena qed jingħad li hu l-mira numru wieħed li jieħu f’idejh lil Manchester United, b’Ole Gunnar Solskjaer issa maħsub li jinsab f’riskju li jitkeċċa.

Conte kien marbut ma’ ritorn ma’ Juventus bħala s-suċċessur ta’ Allegri qabel ma ngħaqad ma’ Inter fl-2019, hekk kif il-Bianconeri ngaġġaw lil Maurizio Sarri qabel ma taw ir-riedni tal-club lil Andrea Pirlo.

Huwa mifhum li Ronaldo kien kontra l-idea li Conte jirritorna ma’ Juventus sentejn ilu.

Ronaldo lanqas ma kien konvint mill-istil difensiv ta’ logħob ta’ Conte, iżda għadu mhux maħsub li kien hemm xi kuntatt mal-ex manager ta’ Chelsea u Inter biex huwa jieħu l-kontroll tal-United.

Conte rebaħ erba’ Scudetti matul iż-żmien tiegħu fl-Italja ma’ Juventus u Inter, u huwa mifhum li jkun qed jitlob salarju annwali ta’ £10 miljun biex jieħu post Solskjaer ma’ Man United.

Sport