Cristiano Ronaldo ta’ Manchester United, Romelu Lukaku ta’ Chelsea u Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund huma rappurtati fost il-lista mqassra ta’ ħames attakkanti għal Paris Saint-Germain.
Bil-futur ta’ Kylian Mbappe inċert, minħabba li l-kuntratt tiegħu fil-Parc des Princes jiskadi f’Ġunju, il-club mil-Ligue 1 huwa maħsub li identifika ħames kandidati potenzjali biex jimlew da nil-vojt.
Ronaldo u Lukaku huma żewġ ismijiet li PSG se jikkunsidraw li jiffirmaw fis-sajf, b’Zinedine Zidane ħerqan li jerġa’ jingħaqad ma’ tal-ewwel jekk jieħu post Mauricio Pochettino bħala coach.
Ronaldo, li r-relazzjoni tiegħu ma’ Ralf Rangnick hija maħsuba li mhis waħda ottimali, huwa lest li jkollu taħditiet mal-aġent tiegħu x-xahar id-dieħel dwar tluq potenzjali tas-sajf minn ma’ Manchester United, b’ċaqliq lejn Pariġi, biex jilgħab flimkien ma’ Lionel Messi.
Fir-rigward ta’ Lukaku, il-Belġjan għal darb’oħra ta x’jifhem li ma tantx jinsab kuntent fi Stamford Bridge, u filwaqt li ritorn ma’ Inter huwa mixtieq mill-attakkant, PSG jistgħu jagħmlu mossa għall-player ta’ 28 sena jekk isir disponibbli fis-sajf.
Barra minn hekk, PSG qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq l-internazzjonali Norveġiż Haaland, iżda x’aktarx se jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija għall-firma tal-player minn diversi clubs elite oħra fl-Ewropa, fosthom Manchester City, Manchester United, Barcelona u Real Madrid.
L-aħħar żewġ ismijiet fil-lista mqassra ta’ PSG huma Memphis Depay – li Barcelona huma lesti li jinfirdu miegħu fis-sajf – u Moise Kean ta’ Juventus, li skorja 17-il goal f’41 dehra għall-ġganti Franċiżi meta kien misluf mingħand Everton matul l-istaġun li għadda.