Monday, December 23, 2024

Cristiano Ronaldo se jilgħab il-ħames Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo ġie nkluż fl-iskwadra ta’ 26 player tal-Portugall biex din se tkun il-ħames darba li se jilgħab fil-finali tat-Tazza tad-Dinja. 

Anke jekk ma tantx lagħab ma’ Manchester United huwa xorta waħda ġibed l-attenzjoni tal-coach Fernando Santos.

Dan il-player ta’ 37 sena lagħab 16-il darba, inkluż 10 mill-bidu fejn skorja tliet gowls.

Fl-iskwadra hemm 10 players mill-Kampjonat Premier li tinkludi l-kollegi ta’ Ronaldo fit-team tar-Red Devils, Bruno Fernandes u Diogo Dalot kif ukoll Joao Cancelo Ruben Dias u Bernardo Silva ta’ Manchester City, , Joao Palhinha ta’ Fulham u t-trio tal-Wolves Jose Sa, Ruben Neves u Matheus Nunes.

Madankollu, ma kien hemm l-ebda post għall-midfielder veteran tal-Wolves Joao Moutinho u sieħbu Goncalo Guedes, bil-midfielder ta’ Paris St-Germain Renato Sanches ukoll ma ntagħżilx.

Il-Portugall se jkun mingħajr l-attakkant imweġġa’ ta’ Liverpool, Diogo Jota, iżda d-difensur ta’ Porto Pepe ta’ 39 sena ġie msejjaħ.

Huma jibdew kontra l-Ghana, fl-24 ta’ Novembru, biex imbagħad jilagħbu kontra l-Urugwaj u l-Korea t’Isfel. 

L-iskwadra msejħa hija: 

Goalkeepers: Diogo Costa (Porto), Rui Patricio (AS Roma), Jose Sa (Wolverhampton Wanderers)

Difensuri: Joao Cancelo (Manchester City), Diogo Dalot (Manchester United), Ruben Dias (Manchester City), Raphael Guerreiro (Borussia Dortmund), Nuno Mendes (Paris St-Germain), Pepe (Porto), Danilo Pereira (Paris St-Germain), Antonio Silva (Benfica)

Midfielders: William Carvalho (Real Betis), Bruno Fernandes (Manchester United), Joao Mario (Benfica), Ruben Neves (Wolverhampton Wanderers), Matheus Nunes (Wolverhampton Wanderers), Otavio (Porto), Joao Palhinha (Fulham), Bernardo Silva (Manchester City), Vitinha (Paris St-Germain)

Attakkanti: Joao Felix (Atletico Madrid), Ricardo Horta (SC Braga), Rafael Leao (AC Milan), Goncalo Ramos (Benfica), Cristiano Ronaldo (Manchester United), Andre Silva (RB Leipzig)

Ekonomija

Sport