Tuesday, September 24, 2024

Cristiano Ronaldo se jingħaqad ma’ Al Nasr fil-bidu tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo mistenni jiffirma kuntratt ta’ £175 miljun fis-sena mal-club tal-Arabja Sawdija, Al Nasr, qabel tmiem is-sena.

Il-kuntratt tal-player ta’ 37 sena ma’ Manchester United ġie tterminat bi qbil reċiproku, f’Novembru li għadda. 

Ronaldo – li bħalissa jinsab Dubai – kien marbut ma’ dan il-club qabel ma bdiet it-Tazza tad-Dinja iżda iżda rrifjuta li jikkummenta minħabba li kien iffukat fuq it-tournament.

Flimkien mal-familja tiegħu, l-attakkant Portugiż bħalissa jinsab f’Dubai fejn għaddej bin-negozjati dwar il-kuntratt tiegħu li fih jinkludi wkoll ftehimiet ta’ reklamar. 

Fis-sajf li għadda, Al Nasr, kienu interessati fis-servizzi tiegħu iżda huwa pprefera li jibqa’ jilgħab fil-Premier League Ingliż. Iżda issa, minħabba l-fatt li l-ebda club Ewropew ma jrid is-servizzi tiegħu, issa jinsab lest li jmur jilgħab s-Sawdi.

Fl-istaġun li għadda, Al Nasr naqsu li jirbħu l-kampjonat iżda rebħu t-tazza nazzjonali u s-Super Cup.

Sport