Wednesday, October 9, 2024

Cristiano Ronaldo viċin li jilħaq ir-rekord ta’ Iker Casillas fiċ-Champions League

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manchester United Cristiano Ronaldo jinsab viċin li jilħaq rekord ieħor taċ-Champions League nhar it-Tlieta filgħaxija.

Ronaldo mmarka r-ritorn tiegħu f’Old Trafford b’doppjetta kontra Newcastle United nhar is-Sibt wara nofsinhar, u għen lil Manchester United għal rebħa ta’ 4-1 fil-Premier League.

L-attenzjoni issa ddur lejn iċ-Champions League bil-player ta’ 36 sena mistenni jagħmel it-tieni dehra tiegħu għal United fi spazju ta’ tliet ijiem.

Jekk il-fenomenu Portugiż jilgħab kontra Young Boys, huwa jkun laħaq ir-rekord ta’ Iker Casillas ta’ 177 dehra fil-kompetizzjoni.

Ronaldo lagħab l-ewwel logħba tiegħu fiċ-Champions League ftit wara li ffirma għal United qabel l-istaġun 2003-04.

L-attakkant veteran jippossjedi wkoll ir-rekord tal-akbar ammont ta’ goals, bl-ewwel 15 mit-total tiegħu ta’ 134 jiġu skorjati waqt li kien ma’ United.

Sport