Birzebbugia…………….16
Marsaxlokk……………..15
(2-5, 6-4, 3-4, 5-2)
Birzebbugia għelbu lill-ġirien Marsaxlokk f’konfront dirett bl-iskor strett ta’ 16-15.
Kienu Marsaxlokk li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals jaslu minn Ryan Galea, Nikola Moskov, Luigi Mallia, Max Farrugia minn penalty u Nikola Moskov. Balazs Erdely minn penalty u Keith Tanti wieġbu għal Valletta.
Iżda Birzebbugia wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 6-4, bl-iskorers għalihom ikunu Balazs Erdely (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Nikola Moskov u t-tieni minn penalty, u Darko Brguljan (3) bl-ewwel goal jasal minn player aktar wara li tkeċċa Julian Valletta u t-tielet minn penalty. Dan sabiex il-goals għax-Xlukkjari waslu minn Julian Valletta, il-captain sasa Misic (2) u Ryan Galea.
Marsaxlokk rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals ikunu Nikola Moskov (2), Sasa Misic u Max Zammit. Min-naħa l-oħra, it-tliet goals għal Birzebbugia waslu minn Balazs Erdely (2) u Darko Brguljan.
Birzebbugia rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Peter Borg, Darko Brguljan u Balazs Erdely (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty. Iż-żewġ goals għax-Xlukkajri waslu minn Nikola Moskov (2), it-tnejn minn penalty.
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (5), 6-Malcolm Manara, 8-David Cuatjar, Balazs Erdelyi (9), 9-Keith Tanti (1), 10-Giuseppe Mannino, 11-Miguel Curmi, 12-David Cleavon Borg, 13-David Cleavon Borgm 14-Jacob Sciberras, 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Cain Cutajar, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia (1), 5-Nikola Moskov (6), 6-Julian Valletta (1), 7-Max Zammit (1), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (2), 10-Sasa Misic (3), 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia (1), 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook, 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric
Referees: Massimo Angileri, Danilo Mazzoccoli