Otters……………..12
Exiles………………13
(3-5, 5-2, 2-1, 2-5)
Kienet partita ferm kumbattuta dik li rat lil Exiles jegħlbu lil Otters bl-iskor ta’ 13-12, biex Exiles ħadu ftit nifs wara staġun diżappuntanti għalihom sa issa.
Exiles rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 bil-goals għalihom jaslu mill-captain Kurt Griscti (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Jovan Saric, Valentino Gallo (2) bit-tieni jasal minn penalty u Matteo Martellacci. Jovan Saric, Andrea Bianchi u l-veteran Mark Meli wieġbu għal Otters.
Iżda Otters wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Matthew Farrugia, Andrew Dimech minn man-up wara li tkeċċa Kurt Griscti, Marko Jelaca (2) u Jovan Saric minn penalty. Sean Xerri De Caro u Valentino Gallo minn penalty irrsondpew gal Exiles.
Otters rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor strett ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn Mark Meli minn man-up wara li tkeċċa Kurt Griscti u Jovan Saric. Valentino Gallo skorja l-uniku goal għal Exiles.
Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni, b’Exiles joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2, bl-awturi tal-goals ikunu Max Aquilina, Sean Xerri De Caro, Guillermo Molina (3) bit-tieni u t-tielet goalsjaslu minn man-up wara li tkeċċa Andrea Bianchi u Karl Scicluna. Jovan Saric u Marko Jelaca skorjaw għal Otters.
Otters:1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 5-Mark Meli (2), 6-Marko Jelaca (3), 7-Isaac Azzopardi, 9-Luigi Dimech, 10-Jovan Saric (4), 11-Matthew Farrugia (1), 12-Andrew Dimech (1), 13-Gianfranco Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef, 15-Andrea Bianchi (1) Coach: Robert Munkascksy
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari, 4-Valentino Gallo (4), 5-Guillermo Molina (3), 6-Sean Xerri De Caro (2), 7-Mark Fenech, 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris, 10-Matteo Martellacci (1), 11-Max Aquilina (1), 12-Niall Saliba, 14-Max Paris Roding, 15-Liam Pursehouse Coach: Simon Vassallo
Referees: Stefan Licari, Alessio Nicolai