Thursday, November 14, 2024

Cross-Overs: Neptunes ikomplu bis-sensiela ta’ rebħ

Aqra wkoll

Neptunes……………….17

Marsaskala……………10

(3-2, 3-2, 6-3, 5-3)

Kompla l-istaġun mill-aqwa ta’ Neptunes meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 17-10.

Neptunes rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu l-captain Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Mark Carani, u Jake Muscat. David Pace Lupi u l-veteran Paul Privitera wieġbu għall-Iskalin.

Fit-tieni sessjoni, it-team mill-Balluta ttrijonfa bl-istess skor li bih rebaħ l-ewwel sessjoni jiġifieri dak ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Alec Fenech minn man-up wara li tkeċċa Kyle Navarro, Aleksandar Ivovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa Daniel Tully u Filip Filipovic. Gerald Sammut u Raoul Greco wieġbu għal Marsaskala.

Neptunes rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bl-iskorers  ikunu Filip Filipovic (2), Aleksandar Ivovic, Stevie Camilleri, ħuh Jordan Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Tamas Sedlmayermi u Mark Castillo. David Pace Lupi u Tamas Sedlmayermi rrispondew għal Marsaskala.

Neptunes rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals għalihom jaslu minn Filip Filipovic (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penlty, Jake Bajada, Jake Muscat u Stevie Camilleri. Ferenc Salamon u Mark Carani rnexxielhom isibu x-xibka għal Marsaskala.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (2), 3-Sam Gialanze, 5-Mark Castillo (1), 6-Jake Bajada (1), 7-Stevie Camilleri (4), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Aleksandar Ivovic (2), 10-Filip Filipovic (5), 11-Alec Fenech (1), 12-Enrico Mallia, 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja Coach: Dorian Pisani

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco (1), 6-Ferenc Salamon (1), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi (3), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi, 15-Jamie Pace Mizzi Coach: Arpad Babay

Referees: Richard Magri, Danilo Mazzoccoli

Ekonomija

Sport