Sirens……………….12
Valletta……………..13
(3-5, 3-3, 5-5, 1-0)
Valletta rebħu partita ferm bilanċjata meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 13-12.
Il-Beltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals jaslu mill-captain Daniel Paolella, Ivan Nagaev (2) u Andrija Vlahovic (2). Matthias Pasztor (2) u Pietro Figlioli wieġbu għal Sirens.
Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals ghal Sirens jaslu minn Gianni Farrugia (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Stephen Micallef u Matthias Pasztor minn penalty. Jayden Cassar (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthias Pasztor u Andrija Vlahovic skorjaw għat-team mill-belt kapitali.
It-tielet sessjoni ukoll intemmet fi draw din id-darba ta’ 5-4, bl-iskorers għal Sirens ikunu Matthew Chircop, Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Kieyan Borg, Pietro Figlioli, Matthew Sciberras u Jake Cachia. Ivan Nagaev (2), Andrija Vlahovic minn player aktar wara li tkeċċa Gabriel Sammut, Kieyan Borg u Daniel Rizzo skorjaw għat-team immexxi mill-coach Joe Cremona.
Sirens rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Kieyan Borg.
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Pietro Figlioli (2), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (2), 7-Matthew Chircop (1), 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (3), 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia (1), 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo (1), 4-Jayden Cassar (2), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (4), 7-Daniel Paolella (1), 8-Ivan Nagaev (4), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg (1), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona
Referees: Peter Balzan, Danilo Mazzoccoli