Crystal Palace huma kunfidenti dwar iċ-ċansijiet tagħhom li jakkwistaw lill-player ta’ Manchester United, Donny van de Beek, b’self qabel nhar it-Tnejn.
L-ex player ta’ Ajax jibqa’ mhux utilizzat b’mod regolari minn Manchester United taħt Ralf Rangnick, li afferma li jrid li l-midfielder jibqa’ għall-kumplament tal-istaġun.
Madankollu, Van de Beek hu maħsub li jrid iħalli l-club fin-nuqqas ta’ ħin ta’ logħob tiegħu, bil-manager tal-Palace Patrick Vieira jidher determinat li jġib lill-Olandiż f’Selhurst Park.
Il-Palace issa żiedu l-insegwiment tagħhom lejn iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, u hemm ‘tama sinifikanti’ li ftehim jista’ jingħalaq dan ix-xahar.
Ir-Red Devils huma miftuħa li jħallu lil Van de Beek jitlaq qabel nhar it-Tnejn, u l-player jilqa’ ċ-ċaqliq lejn Selhurst Park wara diskussjonijiet pożittivi bejn iż-żewġ partijiet.
Van de Beek ma beda l-ebda logħba tal-Premier League għal Manchester United dan l-istaġun, u lagħab biss 68 minuta fi tmien dehriet bħala sostitut.