Monday, November 4, 2024

CYMRU flok Wales?

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta’ Wales qed taħseb li wara t-tazza tad-dinja 2022 li se ssir fil-Qatar fil-jiem li ġejjin, hi se tkun qed tbiddel isimha għal CYMRU, l-isem proprja li prattikament jintuża’ fil-pajjiż.

L-amministratur fi ħdan din l-assoċjazzjoni Noel Mooney qal li flimkien mal-kollegi tiegħu se jkunu qed jagħmlu minn kollox sabiex wara t-tazza tad-dinja jbiddlu għall-isem oriġinali tagħhom minħabba li Wales mhux qed juri l-lingwa proprja tagħhom. Fl-istess waqt hu qal li fl-2023 se jkunu qed jagħmlu diskussjonijiet partikolari sabiex jaslu għall-kompromess fuq dan l-isem.

Sport