Sunday, August 3, 2025

Cynthia Duca u Nicolai Mallia Champions Nazzjonali tal-Bowling

Aqra wkoll

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Bank of Valletta saru fis-Superbowl f’ Lulju u għandna żewġ Champions Nazzjonali ġodda li rebħuhom għall-ewwel darba. Cynthia Duca u Nicolai Mallia taw prestazzjonijiet eċċellenti fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Adulti ta’ din is-sena biex ħarġu rebbieħa denji wara erbat ijiem, 24 logħba, fuq żewġ “Sport Patterns”  differenti, u b’kompetituri b’saħħithom.

Cynthia kienet fl-ewwel post  kważi mill-bidu sat-tmiem hekk kif spiċċat b’total ta’ 4696, medja ta’ 195.7, quddiem  l-eks Champion Nazzjonali multipla Sue Abela (4532), b’Melissa Swift fit-tielet post b’4438.

Matthew Magro beda ferm tajjeb u kien fl-ewwel post fis-sezzjoni tal-irġiel  sa 19-il logħba , għax fil-logħba numru 20 kellu logħba  iebsa ta’ 151, li flimkien ma’  logħob  inkredibbli ta’ 280 fl-istess logħba minn Nicolai Mallia u medja qawwija ta’ 258 minn Kayden Lagana, fissru li Matthew niżel fit-tielet post wara Kayden, b’Nicolai fit-tielet post f’dak l-istadju.

Nicolai u Kayden baqgħu jissieltu sal-aħħar iżda Nicolai, grazzi għall-medja inkredibbli ta’ 263.6 fuq l-aħħar ħames logħbiet, spiċċa qabel Kayden (5327-5284), b’Matthew fit-tielet post b’medja ta’ 5132.

Nicolai Mallia u Cynthia Frendo Duca se jirrappreżentaw lil Malta fl-ECC li ġej f’Ottubru fi Vjenna.

Ringrazzjament mill-qalb imur lill-isponsors tagħna, il-Bank of Valletta, li l-appoġġ fit-tul tagħhom jgħin ħafna biex jiżgura li Kampjonati Nazzjonali bħal dawn ikomplu jsiru kull sena.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport