Tuesday, May 14, 2024

Daħal biex jisraq minn ħanut f’Tas-Sliema, iżda ħarab idu f’idu b’reazzjoni f’waqtha ta’ impjegat

Aqra wkoll

Il-pulizija qiegħda tinvestiga każ ta’ attentat ta’ serqa minn ħanut tal-ġojjellerija li seħħet ilbieraħ fi Triq it-Torri, Tas-Sliema. Kien għall-ħabta tas-6.30 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u minnufih marret fuq il-post. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut iżda wieħed mill-impjegati induna bih u immedjatament intalbet għall-assistenza tal-Pulizija. Kif ra hekk l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post mingħajr ma laħaq seraq xi ħaġa. Iż-żewġ ħaddiema li kienu fil-ħanut ma sofrew l-ebda ġrieħi. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

Sport