Tuesday, December 24, 2024

“Daħħaktna, għallimtna, ħabbejtna u għintna” … Joe Debono jingħata l-aħħar tislima

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi knisja mimilija bin-nies fil-Bażilika ta’ Santa Marija tal-Mosta, ingħatat l-aħħar tislima lil Joe Debono.

Debono li kien ilu jbati mill-marda kiefra tal-ALS għal dawn l-aħħar xhur miet l-Erbgħa li għadda fl-għomor ta’ 63 sena.

F’post fuq Facebook, Bjorn Formosa, il-fundatur tal-ALS f’Malta sellem il-memorja ta’ Debono li tul il-karriera tiegħu nissel tbissima fuq wiċċ eluf ta’ telespettauri Maltin. Minkejja iż-żmien diffiċli li kien għaddej minnu, Joe baqa’ sal-aħħar jagħmel kuraġġ lil dawk kollha li sabu ruħhom f’sitwazzjonijiet simili li kienu qed itaqqluhom.

“Daħaktna. Għallimtna. Ħabbejtna. Għintna. Insellmulek għall-aħħar darba ħabib! Joe strieħ fis-sliem”, temm jgħid Bjorn waqt li kompla jappella lill-pubbliku biex jgħinu fil-kawża ta’ persuni bħal Joe li qegħdin ibatu bil-kundizzjoni tal-ALS.

Ekonomija

Sport