Hekk kif ilbieraħ l-attakkant Ġappuni, Daichi Kamada, lagħab għal Lazio kontra Frosinone bil-logħba tintemm 3-1 favur i Biancocelesti, il-futur tiegħu fil-belt kapitali Taljana għadu xi ftit inċert. Hu ngħaqad ma’ Lazio fil-bidu ta’ dan l-istaġun biex jieħu post Sergej Milinkovic Savic li mar jilgħab fl-Arabja Sawdija.
Kamada jrid jiddeċiedi wkoll jekk jiħux sehem fit-Tazza Asjatika bil-kowċ Ġappuniż li mistenni jgħajjatlu sabiex ikun parti mit-tim nazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-kowċ Maurizio Sarri jittama li Kamada ma jmurx jilgħab dan it-turnament sabiex ikun għad-dispożizzjoni tiegħu.
Finalment, Kamada għandu kuntratt ta’ staġun wieħed biss ma’ Lazio bl-għażla li jġeddu għal tliet snin oħra.