Friday, November 15, 2024

“Dak il-mument li l-imħabba t’Alla tiltaqa’ ma’ qalbek, kif żgur iltaqgħet kemm-il darba mal-qalb ta’ kevin”

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, folla kbira ta’ nies inġabret fil-Parroċċa ta’ San Ġorg Preca fis-Swatar biex tagħti l-aħħar tislima lil Kevin Abela.

Waqt l-omelija, iċ-ċelebrant li mexxa l-quddies, Fr Louis mallia, iddeskriva lil Kevin bħala bniedem artist f’xogħlu. Huwa qal kemm il-firda hija iebsa u f’mumenti hekk kiefra, aħna bħala bnedmin ninfixlu.

“Inħoss li l-ħajja qisha ritratt fi vjaġġ. Il-vjaġġ li jsuqna minn tant u tant postijiet diffiċli, sbieħ, anqas avventurużi imma li ma jħalliniex naraw ċar xi jfissru sew tant affarijiet kruċjali fil-ħajja. Ikun hemm mument fejn temmen u tħalli l-id t’alla u l-qawwa tal-imħabba ta’ Kristu, issib ir-rigal tar-ritratt għax il-mument li l-imħabba t’Alla u t-tbissima li ġejja minn wiċċ Kristu, tiltaqa’ mal-qalb tiegħek ukoll. Din żgur li ltaqgħet min jaf kemm-il darba mal-qalb ta’ kevin” Qal dan iċ-ċelebrant waqt l-omelija.

L-aħbar tal-mewt tiegħu l-Ħadd li għadda ħalliet bost ħbieb u kollegi tiegħu maħsudin. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-paġna uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Fuq il-paġna tagħhom intqal li d-Dipartiment u sħabu l-impjegati tilfu kollega professjonali, ħabib leali, ċajtier u dejjem bi tbissima sinċiera. Bħala fotografu uffiċjali tal-gvern Abela jibqa’ mfakkar għall-passjoni u l-umiltà tiegħu waqt xogħlu.

Ekonomija

Sport