Saturday, October 26, 2024

“Dak li qalu kelliema tal-Oppożizzjoni hu lingwaġġ baxx, akkużi banali u affarijiet li qatt ma ġraw” – Il-Ministru Michael Farrugia

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Enerġija, Michael Farrugia  fi tmiem id-dibattitu  dwar l-estimi ta’ dħul u nfieq għas-sena finanzjarja 2020 għal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), qal li ma kienx se jaqa’ fl-istess livell li waqgħu fih kelliema Nazzjonalisti fid-dibattitu. Hu ddeskriva dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, id-Deputat Nazzjonalisti David Thake  u Ryan Callus bħala  “insinwazzjoni, lingwaġġ baxx, akkużi banali u affarijiet li qatt ma ġraw. Jien se nżomm ‘l fuq minn kif tkellmu kelliema tal-Oppożizzjoni”.

Il-Ministru Farrugia qal li “l-aktar ħaġa faċli hi li tirremetti kif għamel id-Deputat Thake. Dan issa telaq mill-Parlament għax jiddejjaq jisma’”, iddikjara l-Ministru Farrugia.

Sport