Saturday, December 21, 2024

“Dak li qed ifasslu l-Periti llum se jkun il-legat taż-żmien li ġej”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-Awtorità tal-Ippjanar għal din is-sena, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi sostna dwar ir-responsabbilità kbira tal-Periti. 

Zrinzo Azzopardi qal li meta nħarsu lejn binjiet estetikament meqjusin bħala wirt storiku arkitettoniku huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet imfassla mill-Periti ta’ dak iż-żmien. Spjega li l-Periti għandhom il-privileġġ li dak li jfasslu llum se jibqa’ hemm għal ħafna u ħafna snin.

“Kemm qegħdin nagħtu importanza għad-dehra ta’ dak li qed jiġi ppreżentat bħala żvilupp ġdid? Kemm qed inkunu sensibbli? Qed nagħmel appell sinċier lil kull min hu involut f’dan il-qasam”, kompla jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Ekonomija

Sport