Saturday, September 14, 2024

Dalbert ma’ Internacional

Aqra wkoll

Wara għaxar snin jilgħab ma’ diversi klabbs mill-Ewropa fosthom il-Portugall, Franza u l-Italja, Dalbert Enrique Chagas Estavao irritorna jilgħab f’pajjiżu fil-Brażil.

Il-winger Sudamerikan ilu mingħajr klabb sa mill-1 ta’ Lulju li għadda u wara diversi diskussjonijiet qabel mal-proposta ta’ Internacional de Porto Alegre u se jkun qed jilbes il-flokk tagħhom. Hu ffirma kuntratt sal-aħħar ta’ din is-sena. 

Dalbert għandu 29 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Vitoria Setubal, Nice, Cagliari, Fiorentina, Inter u Rennes.

Ekonomija

Sport