Wednesday, December 25, 2024

Dalgħodu jingħata bidu għall-akbar konferenza Ministerjali li qatt saret f’Malta

Aqra wkoll

Dalgħodu se tibda titlaqa’ f’pajjiżna l-akbar konferenza ministerjali li qatt saret f’Malta. Għal din il-konferenza se jitlaqqgħu flimkien il-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ 57 pajjiż, membru tal-Organizazzjoni għas-Sigrutà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Il-kunflitt fl-Ukrajna, u f’Gaża mistennija jiddominaw id-diskussjoni.

Il-konferenza tal-OSCE, li bħalissa Malta għandha l-Presidenza tagħha, se tkun qiegħda tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta fil-qasam internazzjonali. Dan mhux biss għax Malta kienet strumentali biex din l-organizazzjoni kompliet għaddejja bil-ħidma tagħha u dan minħabba l-fatt li Malta kienet strumentali biex intgħelbu diffikultajiet li kien hemm fl-istrutturi tal-OSCE. Filfatt Malta kienet strumentali biex intlaħaq kunsens f’diversi oqsma u din l-organizazzjoni kompliet għaddejja bil-ħidma tagħha.

Ta’ min jgħid li f’Jannar li għadda Malta titbit l-istorja fil-politika barranija u dan hekk hekk kif għall-ewwel darba ħadet f’idejha il-Presidenza tal-OSCE. 

Il-konferenza se tkun qiegħda titlaqqa’ fl-MFCC f’Ta’ Qali. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport