Saturday, December 21, 2024

Dalgħodu l-elezzjonijiet każwali tal-PL

Aqra wkoll

Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-voti fin-Naxxar se jkunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista.

Matul dawn l-aħħar jiem kien hemm 38 nominazzjoni biex jimtlew il-postijiet battala minn dawk il-kandidati li telgħu fuq aktar minn distrett wieħed. 

L-għadd tal-voti se jkun qiegħed jibda għall-ħabta tad-9:00 a.m.

Intant bdew deħlin ukoll in-nominazzjonijiet f’isem il-Partit Nazzjonalista u l-elezzjonijiet każwali tal-partit se jkunu qegħdin isiru nhar it-Tlieta li ġej.

Ara l-lista sħiħa tan-nomini minn hawn taħt:

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq it-tieni distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana huma: Glenn Bedingfield, Edward Cassar Delia, James Grech, Mark Grech, Joseph Mizzi, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech. 

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq it-tielet distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Owen Bonnici huma: Raymond Abela, Alicia Maree Beth Sephora Bugeja Said, Edward Cassar Delia, Audrey Demicoli, James Grech, Jean Claude Micallef u Joseph Mizzi.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq ir-raba’ distrett sabiex jimtela l-post li ċeda d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne huma: Glenn Bedingfield, Herbert Conti, Katya De Giovanni, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech 

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq il-ħames distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Prim Ministru Robert Abelahuma: Gianluca Cutajar, Omar Farrugia, Jean Claude Micallef u  Joseph Mario Sammut.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq is-sitt distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Ian Borg huma: Malcolm Paul Agius Galea, Sean Apap Meli, Fiona Borg, Joseph Cutajar, Rosianne Cutajar , Katya De Giovanni u Omar Farrugia.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq is-seba’ distrett sabiex jimtela l-post li ċeda l-Ministru Silvio Schembri huma: Malcolm Paul Agius Galea, Alicia Maree Beth Sephora Bugeja Said, Naomi Cachia u Chris Grima.

Il-kandidata Laburista li tefgħet in-nominazzjoni tagħha fuq id-disa’ distrett sabiex jimtela l-post li ċedew il-Ministru Michael Falzon u l-Ministru Clifton Grima hija: Rebecca Buttigieg.

Il-kandidati Laburisti li tefgħu n-nominazzjoni tagħhom fuq il-ħdax-il distrett sabiex jimtela l-post li ċediet il-Ministru Miriam Dalli huma: Anthony Agius Decelis u Romilda Baldacchino Zarb.

Ekonomija

Sport